Tingħad fuq il-kuruna tar-Rużarju:
Missierna li inti fis-smewwiet, jitqaddes ismek, tiġi saltnatek,ikun li trid int, kif fis-sema hekkda fl-art. Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum, aħfrilna dnubietna bħalma naħfru lil min hu ħati għalina, u la ddaħħalniex fit-tiġrib, iżda eħlisna mid-deni. Ammen.
Sliema għalik, Marija, bil-grazzja mimlija, Il-Mulej miegħek, imbierka int fost in-nisa, u imbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, Gesu. Qaddisa Marija, omm Alla, itlob għalina midinbin issa, u fis-siegħa tal-mewt tagħna. Ammen.
Jiena nemmen f’Alla, l-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u l-art; u f’Ġesu` Kristu, Ibnu wieħed Sidna, li kien konċeput mil-Ispirtu s-Santu, twieled minn Marija Verġni; bata taħt il-ħaqq ta’ Ponzju Pilatu, sallbuh, miet u difnuh; niżel il-Limbu, mat-tielet jum qam minn bejn l-imwiet; tela’ fis-smewwiet, qiegħed in-naħa tal-lemin t’Alla l-Missier, li jista’ kollox; minn hemm għandu jerġa’ jiġi biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin. Nemmen fl-Ispirtu s-Santu; fil-Knisja Mqaddsa Kattolika, fix-Xirka tal-Qaddisin; fil-maħfra tad-dnubiet; fil-qawma ta’ l-imwiet; u fil-ħajja ta’ dejjem. Ammen.
Tibda’ biha u flok il-Glorji: Missier Etern, jiena noffrilek il-Ġisem, id-Demm, ir-Ruħ u d-Divinita` ta’ Ibnek il-Għażiż, Sidna Ġesu` Kristu, bi tpattija għad-dnubiet tagħna u għal dawk tad-dinja kollha.
Għal għaxar darbiet – flok is-Sliema u l-Qaddisa: F’ġieħ il-Passjoni ħarxa Tiegħu, ħenn għalina u għad-dinja kollha.
U fl-ahhar tghid (x3): Qaddis Alla, Qaddis Qawwi, Qaddis Immortali, ħenn għalina u għad-dinja kollha. Ammen.